Raġel ta’ 35 sena minn Guinea-Bissau tilef ħajtu wara li ntilef minn sensih b’konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gas minn heater.
Dan seħħ għall-ħabta tal-11.30a.m. ġewwa residenza fi Triq il-Poeżija, Ħal Qormi.
Tim mediku mar fuq il-post tal-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.