Monday, December 23, 2024

Jitlef ħajtu Pal Lengyel, is-sewwieq tal-mutur involut f’inċident ilbieraħ fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Pal Lengyel, is-sewwieq tal-mutur Ungeriż li lbieraħ ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kosta fil-limiti tan-Naxxar, sfortunatament miet matul il-lejl.

L-inċidnet seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-9.55 a.m..

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li Lengyel għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda li kien qed isuq, bil-konsegwenza li ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri.

B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport