Friday, May 3, 2024

Allegazzjonijiet li Kim Jong Un jinsab f’koma

Aqra wkoll

Uffiċjal diplomatiku tal-Korea t’Isfel qed jispekula li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un jinsab f’koma, b’oħtu – Kim Yo Jong – mistennija li tieħu f’idejha r-riedni tal-pajjiż.

Chang Song-min, li kien jaħdem bħala assistent għall-eks-President tal-Korea t’Isfel Kim Dae-jung, għamel l-allegazzjoni f’kummenti li għadda lill-midja tal-pajjiż.

Chang saħaq li Kim jinsab f’koma, madankollu żied jgħid li “ħajtu għadha ma spiċċatx”.

L-allegazzjoni ta’ Chang waslet wara li s-servizzi sigrieti tal-Korea t’Isfel qalu li Kim kien iddelega partijiet mill-awtorità tiegħu lil persuni leali fil-konfront tiegħu.

F’April li għadda kienu qed jiċċirkolaw rapporti li Kim għamel intervent f’qalbu wara li ma deherx fil-pubbliku għal diversi ġimgħat. Il-Gvern tal-Korea ta’ Fuq qatt ma ta spjegazzjoni dwar in-nuqqas ta’ Kim fil-ħajja pubblika.

Madankollu wara numru ta’ ġimgħat kien ġie ppubblikat filmat tal-istess Kim jinawgura l-ftuħ ta’ fabbrika viċin Pyongyang.

Sport