Il-midja Taljana qiegħda tirraporta li f’Casal Monsatero f’Ruma matul il-lejl li għadda seħħ inċident tat-traffiku li fih tilef ħajtu Mattia Rizzetti, plejer tal-futbol ta’ 16-il sena minn Aranova li kien jilgħab ma’ Roma City FC
Jirriżulta li t-tfajjel tilef ħajtu wara li ntlaqat minn karozza hekk kif hu kien qiegħed jimxi f’passaġġ li suppost jintuża biss minn nies li jkunu bil-mixi.
Mattia kien se jagħlaq 17-il sena din is-sena. Jidher li hu kien miexi lura lejn id-dar wara li qatta’ ftit ħin mal-ħbieb. Minkejja li Mattia ttieħed l-Isptar bit-tama li jsalva, hu ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Is-sewwieq tal-karozza hu ġuvni ta’ 19-il sena u ma sofra l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident.

