Raġel ta’ 41 sena residenti x-Xewkija tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Kia Picanto li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’binja fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace liema triq hija qrib sew l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Hu ddaħħal l-Isptar permezz ta’ ambulanza u fi ftit ħin beda jingħata l-għajnuna. Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel kien sejjer biex jibda x-xogħol tiegħu l-Isptar stess.
S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.