Tuesday, August 26, 2025

Jitlef il-kontroll u jaħbat ma’ 6 karozzi f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Raġel ta’ 26 sena residenti ż-Żurrieq jista’ jgħodda b’waħda hekk kif dalgħodu għall-ħabta tal-5.30am waqt li kien qiegħed isuq fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’6 karozzi oħra.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u jidher li kien is-sewwieq stess li ċempel lill-Pulizija biex jinformhom b’dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport