Wednesday, July 9, 2025

Jitneħħew ir-restrizzjonijiet imposti minħabba l-marda tan-Newcastle Disease

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali jħabbar li wara li daħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri restrittivi minħabba l-marda tan-Newcastle Disease fit-tjur, bil-għan li din il-marda tiġi kkontrollata u eradikata mill-pajjiż, issa dawn il-miżuri qed jitneħħew.

Il-miżuri qed jitneħħew wara li saret sorveljanza fuq l-irziezet u ma nstabux każijiet fl-ebda razzett tat-tiġieġ ġo Malta u Għawdex.

Għaldaqstant il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo spjega kif dawn il-miżuri kollha ġew imneħħija hekk kif it-tip ta’ restrizzjonijiet li ttieħdu kienu f’waqthom biex tiġi kkontrollata l-imxija ta’ din il-marda.

Bħala prekawzjoni ser jibqa’ obbligatorju li t-tiġieġ tal-bajd u t-tiġieġ tas-simna jkunu mlaqqmin għal din il-marda. Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-Uffiċjali fid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja li ser jibqgħu jispezzjonaw l-irziezet tat-tiġieġ biex jaraw li din il-marda ma’ tidħolx fl-istabbilimenti tat-tjur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport