Saturday, June 21, 2025

Jitnieda s-servizz Velobike fil-Belt Valletta 

Aqra wkoll

Illum infetaħ uffiċjalment is-servizz Velobike fil-Belt Valletta, sistema ta’ vetturi żgħar, elettriċi li joffru mobilità sostenibbli u servizz viċin in-nies. Il-vetturi huma mgħammra għall-mobilità urbana, ideali biex iddur mal-Belt b’mod komdu, sigur u effiċjenti, bla tniġġis u bla storbju.

Dan iddikjarah is-Sindku Olaf McKay permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn spjega li permezz ta` arranġament li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għamel, se jkun hemm skontijiet fuq it-tours għal residenti Beltin li jippreżentaw l-ID Card bil-Belt bħala indirizz.

Qal ukoll; “Servizz kompletament bla ħlas speċjalment għal anzjani li jeħtieġu trasfer qasir madwar iċ-ċentru, fl-istess ħin isservi bħala dawra ħelwa. ċemplu fuq 77245603 jekk trid tibbukkja, tridu tippreżentaw l-ID Card, residenti tal-Belt”.

McKay tenna li dan hu pass ieħor lejn Belt aktar sostenibbli u b`servizz lejn il-komunità. Huwa rringrazzja lil Velobike talli qed jagħtu servizz modern li verament jagħmel differenza, liema servizz huwa mistenni li jibda mil-ġimgħa d-dieħla.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport