Saturday, November 23, 2024

Jitolbu li tingħata prijorità lid-dijabetiċi fit-tilqim tal-booster

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete ħeġġet lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jagħti prijorità fit-tilqim tal-booster lil dawk li jsofru mill-kundizzjoni tad-dijabete. “Persuni bħal dawn għandhom jieħdu l-booster qabel gruppi ta’ età oħra speċjalment dawk li jgħixu bid-dijabete u li huma ferm iżgħar mill-gruppi ta’ etajiet imħabbra riċentament,” qalet l-Assoċjazzjoni fi stqarrija li ħarġet.

“Is-sena li għaddiet persuni bħal dawn ingħataw prijorità u kienu wieħed mill-ewwel gruppi li ħadu l-vaċċin peress li kienu kklassifikati bħala vulnerabbli. Is-sitwazzjoni tidher li hija differenti din id-darba u persuni bid-dijabete se jieħdu l-booster mal-pubbliku ġenerali, skont il-grupp ta’ età tagħhom,” tenniet l-Assoċjazzjoni.

Kien għalhekk li appellat lill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex tingħata prijorità lil dawn il-persuni fil-programm ta’ tilqim biex jiġi żgurat li dawn jitlaqqmu kemm jista’ jkun malajr.

Sport