Monday, November 11, 2024

Jitolbu lill-gvern jindirizza l-problema tat-traffiku

Aqra wkoll

Tliet għaqdiet ambjentali appellaw lill-Gvern sabiex jinvesti fil-poplu Malti biex jitnaqqas it-tniġġis fit-toroq filwaqt li jipprovdi l-possibilità li jintużaw mezzi attivi tat-trasport li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent. 

Friends of the Earth Malta, flimkien ma’ Moviment Graffitti u Rota, ingħaqdu biex skont huma jindirizzaw il-problema nazzjonali tal-użu eċċessiv tal-karozzi minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura addattata għat-trasport attiv li hu sostenibbli. 

Huma sostnew li issa huwa l-mument biex tittieħed azzjoni, peress li t-taħditiet dwar il-klima fil-COP27 jinsabu wara l-kantuniera u bosta pajjiżi se jinġabru biex jaħdmu flimkien sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima. 

Sostnew li qed jaħdmu kollettivament biex jiġbdu l-attenzjoni għan-nuqqas skont huma ta’ strateġiji mill-Gvern biex jinvesti f’infrastruttura ta’ trasport aħjar. 

Dawn talbu servizz aħjar tal-linja u rotot iktar regolari u affidabbli, appoġġ għal mezzi attivi tal-ivvjaġġar u toroq iktar siguri u investiment f’infrastruttura sostenibbli għal persuni bil-mixi u għaċ-ċiklisti. 

Sport