Sunday, December 22, 2024

Jitolbu lill-Qorti biex iż-żagħżugħ jiġi eżaminat minn 3 psikjatri

Tibda l-kumpilazzjoni fil-konfront ta' David Brincat mixli li poġġa splussiż quddiem il-ĊNL

Aqra wkoll

Illum bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ David Brincat, ta’ 18-il sena minn Santa Venera fejn qiegħed jiġi akkużat b’16-il akkuża fosthom anke dik ta’ terroriżmu. Brincat jinsab mixli li kien hu li poġġa splussiv qudiem il-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamur nhar it-30 ta’ Mejju li għadda.

Id-difiża quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi talbet biex Brincat jiġi eżaminat minn 3 psikjatri biex jiġi determinat l-istat mentali tiegħu qabel u anke waqt ir-reat. Wara li l-Maġistrat sema’ lid-difiża u anke lill-Prosekuzzjoni jressqu l-argumenti tagħha, il-Qorti laqgħet it-talba biex jiġi eżaminat u ordnat li l-kumpilazzjoni tkompli fid-9 ta’ Lulju li ġej.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Kaylie Bonett f’isem l-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Wayne camilleri u Lydon Zammit. Għaż-żagħżugħ dehru l-avukati Nicholas Mifsud, Colin Galea u Lara Attard.

Ekonomija

Sport