Sunday, November 3, 2024

Jittellgħu l-poloz tas-Serie A 2022/23

Aqra wkoll

Meta l-Ġimgħa ittellgħu l-poloz tas-Serie A 2022/23, iċ-champions Milan se jibdew id-difiża tat-titlu f’darhom kontra Udinese. 

Il-kampjonat Taljan se jingħata bidu nhar l-14 ta’ Awwissu li ġej u jintemm fl-4 ta’ Ġunju, 2023.

Il-coach tar-Rossoneri, Stefano Pioli, qal li huma jinsabu ħerqana biex jibda l-istaġun biex ikomplu fejn ħallew fl-istaġun li għadda. 

Peró huma se jkollhom bidu kemmxejn diffiċli meta sal-ewwel disa’ ġranet huma jiffaċċjaw lil Atalanta, Inter, Napoli u Juventus.

“Se jkun bidu kompetittiv, iżda kif nafu wisq tajjeb, il-programm tal-logħob  jiddependi biss fuq il-prestazzjonijiet tagħna,” qal Pioli.

“Ma jimpurtax lil min niffaċċjaw, dak li jagħmel id-differenza huwa l-livell li għandna u x-xewqa li nibqgħu nisfidaw lilna nfusna, wara staġun mill-aqwa bir-rebħ tal-Iscudetto. 

“L-objettiv hu li nkomplu nikbru. Aħna ħerqana u ppreparati għall-bidu tal-istaġun!’

Milan se jilagħbu fid-Derby della Madonnina mar-rivali Inter, fl-4 ta’ Settembru u l-5 ta’ Frar.

Il-programm kollu tal-ewwel ġurnata huwa:

Fiorentina v Cremonese

Juventus v Sassuolo

Lazio v Bologna

Lecce v Inter

Milan v Udinese

Monza v Torino

Salernitana v Roma

Sampdoria v Atalanta

Spezia v Empoli

Verona Napoli

Sport