Monday, December 23, 2024

Jitwaħħal ċoff iswed mal-faċċata tal-uffiċċju li kien iservi fih Parnis

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tpoġġa ċoff iswed mal-faċċata tal-uffiċċju li kien iservi fih Silvio Parnis, bħala turija ta’ luttu sabiex titfakkar il-memorja tiegħu. Żvela dan il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, f’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali.

Fl-istess messaġġ, il-Ministru Attard qal li għal Parnis il-politika kienet għodda li biha seta’ jkun ta’ servizz għal ħaddieħor.

L-Eks Deputat u Segretarju Parlamentari Silvio Parnis se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima l-Ġimgħa li ġej f’quddiesa presente cadavere li se ssir fit-8:30 a.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.

Ekonomija

Sport