Tuesday, May 14, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ David Gold, wieħed mis-sidien ta’ West Ham

Aqra wkoll

Il-club ta’ West Ham ħabbar il-mewt ta’ wieħed mis-sidien tiegħu, David Gold, fl-età ta’ 86 sena wara marda qasira.

Gold, li kien partitarju kbir tal-Hammers, miet f’raqda serena fejn kien imdawwar mis-sieħba tiegħu u uliedu. 

Gold, li qabel kien il-president u ko-proprjetarju ta’ Birmingham City, fl-2010 sar wieħed mis-sidien ta’ West Ham flimkien ma, David Sullivan.

“Inħossni mnikket għal din l-aħħar kerha,” qal il-manager David Moyes. 

“F’isem il-players kollha u l-istaff tiegħi tat-taħriġ, nixtieq inwassal l-akbar simpatiji tagħna lill-familja ta’ David Gold f’dan il-mument hekk diffiċli.

“Gold kien viżitatur regolari ta’ Rush Green u dejjem kien sors ta’ appoġġ u inkoraġġiment kbir għalija nnifsi kif ukoll għall-players. Kien ċar li kellu mħabba ġenwina u sinċiera għall-club u kien partitarju veru f’qalbu.

“Hu ħa interess kbir fin-nies li jaħdmu minn wara l-kwinti u dejjem kien ħerqan li jgħin b’kull mod li seta’. It-telfa tiegħu se tinħass immens.  

Gold kiber direttament faċċata ta’ Boleyn Stadium – l-ex stadium ta’ West Ham – u lagħab mat-timijiet taż-żgħar u taż-żgħażagħ tal-club.

Sport