Jitwaqqaf il-Kunsill għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali

Aqra wkoll

L-Intelliġenza Artifiċjali qed toħloq opportunitajiet ġodda biex ittejjeb il-mod kif jiġu ddisinjati u pprovduti s-servizzi pubbliċi, u b’hekk tippermetti lill-Gvern jaħdem b’aktar effettività u joffri aktar servizzi ta’ kwalità lill-poplu Malti. Sabiex jiġi żgurat li l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Amministrazzjoni Pubblika tkun ikkoordinata, responsabbli u ffukata fuq valur pubbliku tanġibbli, il-Gvern qed iwaqqaf il-Kunsill għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Immexxi miċ-Chief AI Officer u appoġġat mill-Unità għall-Governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-Kunsill se jipprovdi sorveljanza strateġika ċentrali tal-inizjattivi kollha tal-Gvern fil-qasam tal-AI. Il-Kunsill se jġib flimkien partijiet interessati ewlenin minn madwar il-Gvern kollu biex jippromwovi approċċ koerenti, ikun konformi mal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (EU AI Act) u jgħin biex jitnaqqsu l-isforzi frammentati jew duplikati.

Kull komunikazzjoni relatata mal-governanza, il-politika u l-proġetti tal-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll mistoqsijiet relatati oħra, għandha tiġi indirizzata lil [email protected].

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport