Fuq medda ta’ jumejn ivvotaw kważi nofs it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista eliġibbli biex jivvotaw fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit.
Dan kien ikkonfermat mill-Kummissjoni Elettorali tal-PN, li fi stqarrija qalet li lbieraħ ivvotaw 32% tat-tesserati eliġibbli.
Għaldaqstant it-total ta’ dawk li vvotaw s’issa bejn il-Ġimgħa u lbieraħ jammonta għal 48% ta’ dawk eliġibbli.
Il-votazzjoni issa mistennija li tkompli l-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, bl-għadd tal-voti se jkun qed jiżvolġi s-Sibt 3 ta’ Ottubru.