Il-Kummissjoni Elettorali qalet illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fil-votazzjoni għall-Elezzjonijiet Ġenerali li saret ilbieraħ kien:
Votanti rreġistrati: 6682
Voti mitfugħa: 6157
Persentaġġ approssimattiv: 92.14%
Ilbieraħ ivvutaw il-Pulizija u dawk il-persuni magħżula biex iservu bħala Assistenti Kummissjonaji Elettorali fil-postijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt li ġej.
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Elettorali rrevedit l-istqarrija preċedenti tagħha ppublikata lbieraħ u tavża li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 24 ta’ Marzu fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex inkluż Downtown, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi fl-ebda ħin tal-ġurnata.
Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorita’ tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.