Saturday, December 28, 2024

Jiżdied b’4.4% in-numru ta’ konvenji fix-xahar li għadda

Aqra wkoll

Fix-xahar li għadda kien hemm 1,061 konvenju għax-xiri ta’ propjetà residenzjali. Dan kollu jfisser li hemm żieda ta’ 4.4% fuq l-istess xahar fis-sena li għaddiet. L-ikbar ammont ta’ konvenji saru minn persuni individwali, fejn kien hemm total ta’ 984, filwaqt li l-kumplament tal-konvenji saru minn diversi kumpaniji.

Din l-informazzjoni ħarġet minn statistika mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO. L-istess ċifri juru li fl-istess xahar, b’kollox kien hemm total ta’ 918-il kuntratt li jammontaw għal €260.6 miljun. Dan juri li kien hemm tnaqqis ta’ 18.2% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

L-NSO qalet li tul dan ix-xahar, saru 848 kuntratt minn xerreja individwali bil-valur tagħhom li jammonta għal €216 miljun. L-ikbar ammont ta’ kuntratti ġew irreġistrati fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar b’74 kuntratti, segwiti mil-lokalità ta’ Birkirkara b’total ta’ 44. Dan fiilwaqt li fil-lokalitá ta’ Wied il-Għajn ġew irraġistrati 43 kuntratti u 37 kuntratt fil-Mosta.

Ekonomija

Sport