Fit-tielet kwart tal-2026, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-vjaġġi, fil-vetturi u fil-passiġġieri meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2025.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Lulju u Settembru 2026 saru total ta’ 14,417-il vjaġġ, li ġarrew total ta’ 2,141,312-il passiġġieri. Settembru kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 4,830 vjaġġ jew 33.5 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu.
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,654,505 passiġġieri vvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tielet kwart tal-2026, tnaqqis ta’ 3.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2025.
L-ogħla numru ta’ passiġġieri, 573,847 jew 34.7 fil-mija tat-total għat-trimestru kien irreġistrat fʼAwwissu. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.0 fil-mija għal total ta’ 606,745.
Fit-tielet kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,286, li huwa żieda taʼ 0.5 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2025. FʼAwwissu kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,140 jew 33.8 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru.
Fit-tielet kwart tas-sena, kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr fil-Ħdud u t-Tnejnijiet, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u s-Sibtijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Sibt.
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul it-tielet kwart tal-2026, saru total ta’ 2,991 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 343,046 passiġġier. Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2025, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bʼ5.8 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri naqas b’9.1 fil-mija. Ix-xahar taʼ Settembru rreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi – 1,028 jew 34.4 fil-mija tat-total taʼ vjaġġi fit-tielet kwart tas-sena, filwaqt li Awwissu kellu l-ogħla numru ta’ passiġġieri – 118,878 jew 34.7 fil-mija – mit-total fl-istess perjodu.
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u Tas-Sliema bʼwaqfa fʼBuġibba
Matul it-tielet kwart tal-2026, saru 1,067 vjaġġ fuq kull waħda mir-rotot taʼ Buġibba–l-Imġarr u Tas-Sliema–l-Imġarr, filwaqt li saru 1,073 vjaġġ fuq kull waħda mir-rotot tal-Imġarr–Buġibba u l-Imġarr–Tas-Sliema. F’Settembru, l-għadd tal-passiġġieri żdied fuq ir-rotot kollha meta mqabbel max-xahrejn taʼ qabel. Ir-rotot ta’ Tas-Sliema–l-Imġarr u tal-Imġarr–Tas-Sliema rreġistraw l-ogħla għadd ta’ passiġġieri, u ġarrew 42,803 u 42,811-il passiġġier, rispettivament, tul it-tielet kwart tas-sena, filwaqt li r-rotot taʼ Buġibba–l-Imġarr u tal-Imġarr–Buġibba ġarrew 29,010 u 29,137 passiġġier, rispettivament.
