Monday, November 11, 2024

Jiżdied it-turiżmu fit-Tajlandja għalkemm għadu taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija

Aqra wkoll

In-numru ta’ turisti li waslu fit-Tajlandja fl-2022 qabżu dawk reġistrati fis-sena ta’ qabel. Dan wara li tnaqqsu r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, għalkemm in-numri għadhom taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija. 

Matul is-sena li għaddiet waslu fit-Taljandja xejn inqas minn 11.81 miljun turist, li jfisser żieda ta’ 400,000 meta mqabbel mal-2021. L-Awtorità għat-Turiżmu tat-Tajlandja qed tbassar li din iċ-ċifra se tikber b’aktar mid-doppju, għal 25 miljun, din is-sena. 

Ġie rrappurtat kif it-Tajlandja issa għandha l-mira li żżid in-numru ta’ turisti għal 80 miljun fis-sena sal-2027. Sadanittant, mill-bidu ta’ Ġunju li ġej, dan il-pajjiż se jitlob ħlas ta’ 300 baht (€8.43), bħala taxxa fuq it-turiżmu, lil viżitaturi barranin.

Id-dħul mit-turiżmu jammonta għal aktar minn 10% tal-prodott gross domestiku (PGD) tal-pajjiż fl-2019. Fl-2021 dan kien biss fil-livell ta’ 1%. Il-PGD, li jkejjel l-attività ekonomika, huwa għodda importanti sabiex wieħed iħares lejn kemm sejra tajjeb jew ħażin, l-ekonomija. 

Bil-mira li jkunu rdoppjati n-numru ta’ wasliet mit-turisti qabekl il-pandemija, il-gvern Tajlandiż jittama li jara l-infiq turistiku jaqbeż il-$150 biljun. 

Sport