Wednesday, July 24, 2024

Jiżdiedu b’7.5% l-impjiegi full time f’Lulju

Aqra wkoll

F’Lulju li għadda, l-impjiegi full time żdiedu b’7.5%, filwaqt li dawk b’impjieg part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom żdiedu bi 3% meta mqabbla ma’ Lulju tas-sena li għaddiet.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li fi żmen sena l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi part timers) żdiedu b’7.5% sabiex laħqu l-274,014.

L-impjiegi full time rreġistrati fis-settur privat żdiedu b’19,050 persuna għal 221,706. Min-naħa l-oħra, l-impjegi full time fis-settur pubbliku żdiedu bi 82 persuna għal 51,415.

In-numru ta’ persuni rreġistrati bħala full time self-employe żdiedu b’799 meta mqabbel ma’ Lulju 2022. L-impjiegi full time għall-irġiel u għan-nisa żdiedu b’7.7% u 7.3% rispettivament.

Ekonomija

Sport