Saturday, December 21, 2024

Jiżdiedu ċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-COVID-19 aċċettati f’Malta

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa u tat-turiżmu ħabbru li mil-lum, 4 ta’ Ottubru 2021, f’Malta se jkunu qed jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikat tat-tilqim tal-COVID-19 tar-Repubblika tal-Kosovo, tal-Palestina, ta’ Bermuda u tar-Renju tal-Bahrain.

L-awtoritajiet Maltin qed jaċċettaw ukoll iċ-ċertifikat tal-vaċċin maħruġ mill-Iżrael wara li ġie inkluż fil-Programm Ewropew taċ-Ċertifikati Diġitali tal-Vaċċin.

Dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, ikunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża.

Malta fil-preżent qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbja, ta’ Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albanija, tal-Awstralja, tal-Eġittu, tal-Libanu, tal-Kanada, ta’ Singapore, tal-Kuwajt, tal-Arabja Sawdija, tal-Malasja, tal-Irwanda kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport