L-imwiet bl-armi tan-nar huma xi karatteristika fil-ħajja Amerikana. Bejn l-1968 u l-2017 kien hemm 1.5 miljun minn dawn id-delitti, rata li hija ferm ogħla min-numru ta’ suldati maqtula f’kull kunflitt Amerikan mill-Gwerra Amerikana għall-Indipendenza fl-1775.
Fl-2020 biss, aktar minn 45,000 Amerikan ħajjithom intemmet minn tiri ta’ arma tan-nar, kemm jekk b’omiċidju jew suwiċidju. L-2020 kienet l-aktar minn kull sena oħra rekordjata li fiha inqatlu nies. Iċ-ċifra tirrappreżenta żieda ta’ 25% minn ħames snin qabel, u żieda ta’ 43% mill-2010.
Iżda l-kwistjoni hija waħda politika ħafna, li tpoġġi lil dawk favur il-kontroll tal-armi kontra setturi tal-popolazzjoni li jipproteġu bil-qawwa kollha d-dritt kostituzzjonali tagħhom li jkollhom u li jġorru l-armi.
Kalkoli tan-numru ta’ kemm hawn armi tan-nar fl-idejn madwar id-dinja huwa diffiċli, iżda ċifri minn Small Arms Survey – proġett ta’ riċerka ewlieni bbażat fl-Iżvizzera – jistmaw li kien hemm 390 miljun arma tan-nar fiċ-ċirkolazzjoni fl-2018.
Il-proporzjon tal-Istati Uniti minn 88 għal kull 100 fl-2011 tela’ għal 120.5 arma tan-nar għal kull 100 residenti. Dan jaqbeż bil-bosta dak ta’ pajjiżi oħra madwar id-dinja.
Dejta aktar reċenti tissuġġerixxi wkoll li ż-żieda tal-armi kibret b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin. Studju wieħed, ippubblikat mill-Annals of Internal Medicine fi Frar, sab li 7.5 miljun adult tal-Istati Uniti – ftit inqas minn 3% tal-popolazzjoni – saru sidien tal-armi għall-ewwwel darba bejn Jannar 2019 u April 2021.
Dan, imbagħad, espona 11-il miljun ruħ għall-armi tan-nar fi djarhom, inklużi 5 miljun tifel u tifla. Madwar nofs is-sidien ġodda tal-armi f’dak il-perjodu ta’ żmien kienu nisa, filwaqt li 40% kienu jew persuni suwed jew Ispaniċi.
Studju separat, ippubblikat mill-Akkademja Amerikana tal-Pedjatrija fl-2021, rabat iż-żieda fin-numru ta’ armi matul il-pandemija ma’ rati ogħla ta’ korrimenti bl-armi fost u kkawżati minn tfal.
Skont iċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC), total ta’ 45,222 tal-kawżi kollha matul l-2020 kienu persuni li mietu minn ġrieħi relatati mal-armi tan-nar.
U filwaqt li l-isparar tal-massa u l-qtil bl-armi ġeneralment jiġbdu aktar attenzjoni mill-midja, mit-total kollu, 54% – madwar 24,300 mewta – kienu kawża ta’ suwiċidji.
Studju tal-2016 ippubblikat fl-American Journal of Public Health sab li kien hemm relazzjoni qawwija bejn livelli ogħla ta’ pussess ta’ armi fi stat u rati ogħla ta’ suwiċidju b’armi tan-nar kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
Dawk li jħeġġu għal liġijiet aktar stretti dwar l-il-piussess ta’ armi fl-Istati Uniti spiss jiċċitaw din l-istatistika meta jimbuttaw lil-leġiżlaturi biex jiddedikaw aktar riżorsi għas-saħħa mentali u inqas biex jittaffew ir-restrizzjonijiet fuq l-armi.
B’reazzjoni għal mijiet ta’ sparaturi tal-massa fl-Istati Uniti din is-sena, f’Lulju li għadda l-Kamra tar-Rapprezentanti tal-Istati Uniti reġgħet adottat leġiżlazzjoni li timponi projbizzjoni fuq ċerti armi tan-nar semi-awtomatiċi.