Monday, July 21, 2025

Jiżdiedu l-ħaddiema b’impjieg full time u part-time

Aqra wkoll

Fi Frar ta’ din is-sena, il-ħaddiema li kellhom xogħol full time żdiedu bi 3.5% waqt li dawk b’impjieg part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom żdiedu b’5.9%.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazjonali tal-Istatistika l-NSO jirraporta li fi Frar li għadda komplew jiżiedu l-impjiegi full time u part ime meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

L-NSO jgħid li dawn iċ-ċifri ġew provduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobsplus juru li fi żmien sena, il-provvista ta’ ħaddiema li ma jinkludux il-part timers, żdiedu bi 3.4% u skorrew il-295,000 impjieg. 

L-Uffiċċju Nazjonali tal-Istatistika qal li din iż-żieda kienet riflessjoni ta’ żieda ta’ akatr minn 9,800 impjieg ġdid u tnaqqis fil-qgħad.

L-iktar oqsma li wasslu għat-tkabbir fl-impjiegi kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-tiswija tal-karozzi u l-muturi u xogħlijiet fil-qasam tas-saħħa u tal-ħidma soċjali.

Ġie rraportat ukoll li tul il-perjodu msemmi, is-settur privat irnexxielu joħloq aktar minn 7,800 impjeg ġdid biex sal-aħħar ta’ Frar li għadda, is-suq tax-xogħol f’Malta kellu aktar minn 240,000 ħaddiem jaħdem fil-privat. Fl-istess waqt is-settur pubbliku ra żieda ta’ ftit aktar minn elf u disa’ mitt impjieg għal kważi 53,000 ħaddiem.

L-NSO żied jgħid li dawk li jaħdmu għal rashom full time żiedu bi 831 meta mqabbel ma’ Frar ta’ din is-sena. Fl-istess xahar, iż-żieda ta’ ħaddiema nisa fis-suq tax-xogħol kienet ta’ 4.2%, 1.2%a ogħla miż-żieda rreġistrata fost l-irġiel.

Dwar ix-xogħlijiet part time, l-NSO tirraporta li dawn żdiedu bi 8% fuq Frar tas-sena li għaddiet. L-iktar oqsma li waslu għaż-żieda fl-impjiegi kienu dawk tal-akkomodazzjoni u tal-ikel u l-attivitajiet professjonali u xjentifiċi.

Miċ-ċifri tal-NSO jirriżulta wkoll li dawk li kellhom impjieg part time u ieħor full time qabżu l-45,800, żieda ta’ 9.7% fuq Frar tas-sena li għaddiet waqt li dawk b’xogħol part-time biss laħqu kważi l-35,000 ħaddiem, żieda ta’ 5.9% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport