Saturday, December 21, 2024

Jiżdiedu l-persuni li jfittxu s-servizzi taċ-ċentru tad-Detox

Aqra wkoll

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra kien hemm 1,027 persuna li fittxew l-għajnuna għall-abbuż mid-drogi bħala out-patients fl-SMOPU, jew kif inhu l-aktar magħruf, iċ-ċentru tad-Detox. Din il-figura turi li iktar persuni qed jersqu lejn dan iċ-ċentru għall-għajnuna. 

Statistika ppublikata f’rapport tas-Sedqa sena b’sena mill-2011 sa Ġunju 2021 turi li fost dawk is-snin kollha, is-sena 2011 kienet l-iktar waħda, b’1,160 każ ta’ persuni li resqu għall-għajnuna fiċ-ċentru tad-Detox. Mill-banda l-oħra, fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, kien hemm 1,027 każ ta’ persuni li resqu għas-servizzi ta’ dan iċ-ċentru.

Meta l-ewwel sitt xhur tas-sena 2021 jitqabblu mat-12-il xahar tal-2011 l-istatistika turi li żdied il-proporzjon ta’ persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentru tad-Detox bħala out-patient.

L-istess statistika turi wkoll li l-iktar li resqu għal din l-għajnuna kienu dawk fl-eta’ ta’ bejn il-35 u 39 sena. Kien hemm persuni ta’ 60 sena u iktar li resqu wkoll għal din l-għajnuna.

Mit-tagħrif parlamentari li ta l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, irriżulta li mill-persuni kollha li wżaw is-servizzi tad-Detox, l-iktar li kienu dawk miż-żona tat-Tramuntana tal-port.

Ekonomija

Sport