Friday, May 17, 2024

Għargħar qawwi jħalli numru ta’ persuni mejta fl-Ekwador

Aqra wkoll

Valanga kbira ta’ tajn ikkawżata minn xita qalila ħalliet minn tal-inqas 11-il persuna mejtin ġewwa l-kapitali tal-Ekwador Quito. Din hija l-iktar xita qalila li laqtet lil dan il-pajjiż f’dawn l-aħħar 20 sena. 

Ammont kbir ta’ tajn u ġebel niżlu mill-għolja tal-vulkan Pichincha, li jħares fuq il-belt ta’ Quito. Dan wassal biex żona ta’ rikreazzjoni u tmint idjar għerqu taħt it-tajn filwaqt li għadd ta’ karozzi ġew imkaxrin. Apparti dawk mejtin, hemm minn tal-inqas 32 persuna li kellhom jingħataw kura l-isptar. 

Esperti tat-temp qalu li l-ammont ta’ xita li niżlet f’din iż-żona tal-pajjiż kienet 40 darba iktar qawwija minn kemm kien imbassar. Is-Sin­dku tal-belt, Santiago Guarderas, qal li din kienet xita rekord li ilhom ma jaraw bħalha mill-2003. Huwa tenna li l-awtoritajiet qegħdin jippjanaw li jibagħtu l-armata biex jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ.

Sport