Il-president ta’ Barcellona Joan Laporta kien qed jitkellem fil-ġurnata fejn suppost kellha tintlagħab il-logħba ta’ ħbiberija f’San Francisco kontra Juventus. Il-president Katalan żvela li l-maġġor parti tal-iskwadra tal-Blaugrana qam b’uġigħ ta’ żaqq kbir, kawża ta’ xi ikel li kielu u li donnu ma qabilx magħhom.
Laporta qal li mhux gost u pjaċir tiegħu li din il-logħba tant mistennija fl-Istati Uniti tħassret iżda dik li sejħilha forza maġġuri ma ħallithomx jimxu mal-pjanijiet.
Laporta sostna li m’hemmx ġurnata oħra meta tista’ tintlagħab din il-logħba hekk kif għandhom serje ta’ partiti oħra x’jilagħbu qabel il-bidu tal-istaġun li jmiss.