Il-president ta’ Barcelona Joan Laporta qed jaħseb serjament biex ikeċċi lill-manager ta’ Barcelona, Ronald Koeman.
Il-ġganti Katalani kisbu d-disa’ punt tagħhom fl-La Liga minn ħames logħbiet nhar il-Ħamis hekk kif kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Cadiz.
Minkejja li estenda r-rekord domestiku tal-club għall-fatt li għadu mhux megħlub, l-Olandiż qed jipi kkritikat bis-sħiħ talli qed jonqos milli jadotta l-istil tradizzjonali tat-team magħruf bħala ‘tika-taka’.
Laporta issa jista’ jkun lest li jkeċċi lil Koeman, minkejja li huwa mitlub ikompli jonora l-kuntratt attraenti tiegħu.
Huwa mifhum li saru laqgħat u sejħiet għat-tneħħija mmedjat atiegpu wara d-draw kontra Cadiz, sinjal li uffiċjali tal-club jistgħu ikeċċu lil Koeman qabel il-logħba kontra Levante nhar il-Ħadd.