L-ogħla uffiċjali ta’ Barcelona jinsabu xi ftit inkwetati bil-kundizzjoni fiżika tal-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix. Fil-fatt waqt is-sessjoni ta’ taħriġ li hu għamel taħt il-gwida tal-kowċ Xavi, hu weġġa’ fl-għaksa l-leminija u kellu jieqaf ħesrem.
It-tobba qalu lil Felix sabiex għalissa jistrieħ ftit tant li avżaw lil Xavi li għall-partita li l-Blaugrana għandhom illejla kontra Osasuna, hu mhux se jkun disponibbli.
Felix skorja seba’ gowls staġjonali fi 28 partita milgħuba.