Il-president ta’ Atletico Madrid Enrique Cerezo ħabbar li l-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix se jirritorna magħhom wara li jgħaddilu l-perjodu ta’ self ma’ Barcellona.
Minkejja li l-Katalani għadhom qed jaħsbuha x’għandhom jagħmlu, Felix għadu indeċiż dwar il-ġejjieni tiegħu. Hu mhux dejjem qed ikollu wirjiet tajbin ma’ Barcellona bil-kowċ Xavi li jilagħbu f’xi waqtiet.
S’issa Felix lagħab 11-il logħba u skorja gowl wieħed biss.