Tuesday, May 14, 2024

Ruben Neves jerġa’ jirrifjuta offerta ta’ Newcastle

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Ruben Neves mhux se jirritorna fil-kampjonat Premier Ingliż għallinqas għalissa. Hu għalaq kull bieb possibbli għal Newcastle United li riedu akkost ta’ kollox jiksbu s-servizzi tiegħu mingħand Al Hilal.

L-eks plejer ta’ Wolverhampton Wanderers jogħġob ħafna lill-kowċ Eddie Howe li għandu bżonn sostitut għal Sandro Tonali li jinsab sospiż.

Neves tkellem f’intervista li ta u qal li l-familja tiegħu tinsab komda fl-Arabja Sawdija u għalissa kollox se jibqa’ kif inhu.

Sport