L-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix kien ferm irrabbjat mal-ġurnalisti preżenti wara l-logħba li kellhom kontra Georgia ilbieraħ filgħaxija hekk kif ċaħad kull xniegħa possibbli li kellu xi battibekk mal-kowċ Roberto Martinez.
Il-ġurnalisti Portugiżi rrappurtaw kif fit-tieni logħba kontra t-Turkija, il-plejer ta’ Atletico Madrid telaq ‘il barra mill-grawnd u mar fid-dressing room rasu baxxuta.
Felix qal li f’dak il-mument preċiż hu kien se jmur fil-kamra tal-banju u litteralment illarga għal ftit sa ma reġa’ tfaċċa’.
Joao Felix qal li hu plejer professjonali u jirrispetta l-għażliet tal-kowċ.