Sunday, September 27, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Alexander Isak jirtira mill-kamp ta’ Svezja minħabba injury …...

UEFA Nations League: Alexander Isak jirtira mill-kamp ta’ Svezja minħabba injury … inkwiet għal Liverpool?

0
94

L-attakkant ta’ Liverpool, Alexander Isak, sofra problema oħra ta’ injury waqt li kien qed jirrappreżenta lit-team nazzjonali Svediż, u b’riżultat ta’ dan kellu jirtira mill-kamp internazzjonali. Isak skorja fir-rebħa ta’ 2-1 tal-Isvezja fuq ir-Rumanija, iżda wara l-logħba deher b’kalzetta mimlija demm wara daħla qawwija minn avversarju.

Għalkemm l-FA Svediża ddeskriviet l-injury bħala waħda minuri, Liverpool se jissorveljaw mill-qrib il-kundizzjoni tiegħu fl-AXA Training Centre. 

Il-partitarji tar-Reds jinsabu mħassba minħabba l-problemi fiżiċi li kellu l-player fl-istaġun li għadda, meta tilef madwar 30 partita għall-club u għal pajjiżu minħabba diversi injuries, fosthom ksur f’siequ li żammu barra għal diversi xhur.

Minkejja dawn il-problemi, Isak beda l-istaġun attwali b’forma eċċellenti. Huwa skorja erba’ goals fl-ewwel ħames logħbiet tal-Premier League, l-aħjar bidu tal-karriera tiegħu f’kampjonat. Fosthom kien hemm doppjetta kontra Ipswich u l-goal rebbieħ kontra Bournemouth.

L-injury tfisser li mhux se jkun disponibbli għal-logħbiet tan-Nations League kontra l-Polonja, il-Bosnja u Herzegovina, u r-Rumanija. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here