Wednesday, April 24, 2024

Joao Felix jingħaqad ma’ Chelsea sa tmiem l-istaġun

Aqra wkoll

Chelsea ħabbru l-akkwist b’self sal-aħħar tal-istaġun tal-midfielder internazzjonali Portugiż, Joao Felix, mingħand Atletico Madrid. 

Dan ifisser li l-Pensioners rebħu t-taqtiegħal għall-firma ta’ dan il-player ta’ 23 sena. 

Huwa mar Londra t-Tlieta filgħaxija biex l-Erbgħa filgħodu sarlu t-test mediku b’suċċess wara li Chelsea aċċettaw li jħallsu £9 miljuni għal dan is-self. 

Bħalissa, il-Blues għandhom bżonn midfielder minħabba li għandhom kriżi ta’ players imweġġgħin u qed jittamaw li Felix jaqdi dan l-irwol hekk kif huma qed jirriskjaw li ma jikkwalifikawx għall-UEFA Champions League. 

Chelsea ħabbru dan l-akkwist billi fuq Twitter kitbu: “L-artist wasal! Merħba Joao Felix.”

Min-naħa tal-player Portugiż, dan qal li Chelsea huma  wieħed mit-timijiet il-kbar fid-dinja u nittama li ngħinhom jilħqu l-għanijiet tagħhom. Ninsab kuntent ħafna li qiegħed hawn u eċċitat ħafna li nilgħab fi Stamford Bridge,’ qal Felix fuq il-websajt uffiċjali tal-club.

Chelsea ma għandhom l-ebda obbligazzjoni li jakkwistaw lil dan il-player b’mod permanenti. Iżda jekk ikunu interessati, huma jkollhom l-ewwel għażla. 

Dan il-midfielder ma tantx kellu perjodu sodisfaċenti ma’ Atletico meta minn 14-il logħba huwa skorja erba’ goals u rreġistra tliet assists. 

Sport