Friday, July 17, 2026
Home Sport Joao Pereira kowċ ta’ Sporting Lisbon

Joao Pereira kowċ ta’ Sporting Lisbon

0
131

Joao da Silva Pereira se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Sporting Lisbon sabiex se jkun qed jieħu post Ruben Amorim li min-naħa tiegħu se jmexxi lil Manchester United.

Pereira għandu 40 sena u ilu sentejn fl-istaff tal-kowċing tat-tim minn Lisbona hekk kif mexxa lit-tim ta’ taħt it-23 sena kif ukoll it-tieni tim.

Hu lagħab f’żewġ sitwazzjonijiet ma’ Sporting Lisbon filwaqt li lagħab mat-tim nazzjonali Portugiż għal 40 darba.