Saturday, December 14, 2024

Joe Biden mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Finlandja u l-Iżvezja

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden illum se jkun qed jiltaqa’ mal-President Finlandiż Sauli Niinisto u mal-Prim Ministru tal-Iżvezja Magdalena Andersson f’Washington sabiex jiddiskutu s-sħubija tagħhom fin-NATO.

Dawn iż-żewġ pajjiżi Nordiċi waslu għal din id-deċiżjoni ta’ sħubija wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

Din il-mossa għas-sħubija ma tantx intlaqgħet tajjeb mill-Kremlin u mit-Turkija. L-Amerka min-naħa tagħha qed tappoġġja din it-talba taż-żewġ nazzjonijiet għas-sħubija ma’ din l-alleanza militari.

Il-Gran Brittanja kif ukoll anki pajjiżi membri tan-NATO offrew assiguarazzjoni ta’ sigurtà liż-żewġ pajjiżi sabiex f’każ li jaffaċċjaw xi tip ta’ aggressjoni, jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Jekk l-applikazzjoni tkun suċċess, in-NATO se tilqa’ fi ħdanha żewġ pajjiżi oħra u għalhekk il-membri ta’ din l-alleanza se jitilgħu għal 32.

Ekonomija

Sport