Tuesday, May 14, 2024

Raġel midrub gravi u ieħor jaħrab wara argument fl-Għadira

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’argument li seħħ fil-bajja tal-Għadira, fil-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien żvolġa argument bejn żewġt irġiel; wieħed ta’ 28 sena minn Nepal residenti l-Mellieħa u ieħor li ħarab minn fuq il-post. Waqt l-argument allegatament intużat ġebla.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport