Saturday, December 21, 2024

Joe Biden se jżur il-Polonja għal diskussjonijiet dwar il-kriżi Ukrena

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa li ġejja l-President Amerikan Joe Biden mistenni li jivvjaġġa lejn il-Polonja fejn hemm se jkollu diskussjonijiet mal-President Andrzej Duda dwar il-gwerra fl-Ukrajna. Stqarrija maħruġa mill-White House tgħid illi din id-diskussjoni se tkun qiegħda tiffoka fuq il-kriżi umanitarja u l-ksur tad-drittijiet umani li qiegħed ikun hemm kawża ta’ din il-gwerra. 

Mill-24 ta’ Frar ’il hawn, iktar minn żewġ miljun refuġjat daħlu ġewwa l-Polonja mill-Ukrajna. Il-Polonja rċeviet l-ikbar ammont ta’ refuġjati hekk kif hu kkalkulat li b’kollox kien hemm 3.3 miljun Ukren li telqu mill-pajjiż. 

Il-vjaġġ ta’ Joe Biden lejn il-Polonja se jsir l-għada li huwa jiltaqa’ mal-alleati tan-NATO, il-mexxejja tal-G7 u dawk tal-Unjoni Ewropea ġewwa Brussell għal diskussjoni dwar l-Ukrajna. 

Ekonomija

Sport