Thursday, February 19, 2026

“Joey kien bniedem bieżel u lest li jagħmel kollox għal familtu”

- tingħata l-aħħar tislima lil Joey Cutajar, is-sewwieq ta’ mutur li miet f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Aqra wkoll

“Joey kien ġej mix-xogħol li kien jagħmlu ħafna minn qalbu għax kien bieżel, serju f’xogholu u kien lest li jagħmel kollox għal familtu. Għaliex kellu jiġri hekk? Din hi r-relata tal-ħajja li; ħajjitna hi fraġli immens.  Ma għandna l-ebda garanzija tal-għada . Ċertu tbatija ma nistgħux naħarbu minnha. Alla biss jista’ jgħinna nifhmu t-tbatija ta’ ħajjitna. 

Dan iddikјarah l-arċipriet tal-Parroċċa tan-Nadur hekk kif il-Ħamis waranofsinhar fil-Parroċċa tan-Nadur ingħat l-aħħar tislima lil Joey Cutajar, ir-raġel mill-Qala Għawdex ta’ 43 sena, li bħal-lum ġimgħa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Għarib f’Għajnsielem. 

Ingħad li  kien diġa’ dalam x’ħin wieħed sar jaf bl-aħbar ta’ Joey u li Joey kien dejjem imur lura d-dar minkejja li xi ġranet kien idum. Il-qassis spjega li nhar il-Ħamis li għadda Joey kien se jirritona d-dar bħas-soltu, iżda minflok inġabar fid-dar tal-Missier etern. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport