Wednesday, April 24, 2024

Joffri tagħlim b’xejn dwar l-użu ta’ programmi kruċjali għall-edukazzjoni online

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa ser tissokta l-iskola u t-tagħlim online minn ġewwa d-dar minħabba l-pandemija.

F’dan ir-rigward il-kandidat ġdid fuq l-1 u t-3 distretti f’isem il-Partit Laburista Ray Abela ħass li għandu jestendi l-proġett e-ME u joffri tagħlim b’xejn għal kulħadd speċjalment lill-ġenituri biex jitgħallmu u jiskopru kif jużaw il-programmi bħal ZOOM u MICROSOFT TEAMS.

Dawn huma programmi li jintużaw mill-għalliema u l-iskejjel biex jikkomunikaw ma’ l-istudenti. Abela qal li b’dan il-mod se jkun qiegħed ikompli jgħin bil-mod tiegħu lis-soċjetà u lill-familji jintegraw ma’ għodod ġodda u diġitali fit-tixrid tal-edukazzjoni.

Għalhekk minn jixtieq jirreġistra u jidħol fil-links ta’ dawn il-korsijiet b’xejn u jarahom bħala video tutorials, għandu jidħol f’ dan il-link ta’ hawn taħt:

https://form.jotform.com/220045064826349

Sport