Thursday, April 25, 2024

Il-Golden Globe Awards taħt dell enormi

Mario Azzopardi
Mario Azzopardi
Kritiku tal-Films

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li ġej, suppost issir id-79 ċeremonja tal-Golden Globe Awards.  L-inċertezza dwar din iċ-ċeremonja mhux ġejja biss minħabba il-pandemija kawżata mid-Delta u Omicron.  Hemm problema ferm akbar minn hekk għall-organiżżaturi.

Fi Frar tas-sena l-oħra, il-Los Angeles Times ippubblikat artiklu li heżheż lill-organiżżaturi, il-Hollywood Foreign Press Association (HFPA).  L-istejjer bdew ħerġin meta ġurnalista min-Norveġja, Kjersti Flaa, fetħet kawża kontra l-HFPA talli rrijutawlha sħubija f’din l-assoċjazzjoni.  Flaa akkużat l-HFPA li hi assoċjazzjoni fejn l-kultura tal-korruzzjoni hi istitizzjonalizzata, fejn il-membri jimmanipulaw l-aċċess ta’ sħabhom mhux membri għal dak li jkun qed jiġri fl-indutsrija tal-films.  Il-ġurnalista Norveġiża għamet akkuża oħra serja: hemm konflit etiku billi l-membri jirċievu perosnalment eluf ta’ dollari mingħand l-istess film studios, xandara u nies prominenti ħalli jirċievu dawn l-unuri.  Dan kollu hu miżmum moħbi permezz bl-omertà ta’ bejniethom.

L-imħallef qata’ l-każ kontra Kjersti Flaa għas-sostna li l-ġurnalista ma sofriet ebda danni meta ma tħallitx issir membru tal-HFPA.  Imma l-akkużi li saru ħallew effett kbir, fosthom li l-istazzjon NBC li jxandar din iċ-ċeremonja qed jirifjuta li din id-darba juriha.  Atturi, fosthom Tom Cruise, irritorna l-Golden Globes mirbuħa.  Aktar investigazzjonijiet mill-ġurnali, kixfu kif hemm preġedizzju kontra s-sħubija ta’ ġurnalisti nisa u ta’ etnika differenti.  Dan anke hu rifless fil-mod kif jintrebħu l-unuri.

F’dawn l-aħħar xhur saru xi riformi fi ħdan l-HFPA, fosthom żdiedu 21 membru ġdid biex issa qabżu l-mija.  Mill-ġurnalisti l-ġodda, ftaħru li 29% huma ta’ karnaġun skur.  Fir-regolamenti daħlu li ebda membru ma jista’ jirċieivi rigal jew jaċċetta xi vjaġġ imħallas minn xi film studios jew rappreżentanti tal- artisti.  Ġew ingaġġati tliet membri esterni fuq il-Bord biex jiffukaw il-ħidma tagħhom favur id-diversità u l-etika.  Tqabbdu ukoll esperti sabiex jirrisolvu problemi legali.

Minkejja dan kollu, xorta għad hemm pressjoni biex isiru aktar riformi fi ħdan l-HFPA u sakemm qed nikteb dan l-artiklu, id-deċiżjoni li l-NBC ma jxandarx il-Golden Globe Awards għadha fis-seħħ.

Intant, in-nominazzjonijiet tħabbru fit-13 ta’ Diċembru u l-Ħadd li ġej mistennija jitħabbru r-rebbieħa.  F’xi kategoriji, l-films jinqasmu skont is-suġġett: il-film dramamtiċi jikkompetu separatement mill-films komiċi jew mużikali.  Fost il-films drammatiċi hemm innominati tnejn mill-films favoriti għar-rebħ tal-Oscars: “Belfast” ta’ Kenneth Branagh u “The Power of the Dog” ta’ Jane Campion.  Il-fejn ser ixaqleb il-miżien?  

Films Drammatiċi

Film: Belfast; CODA; Dune; King Richard u The Power of the Dog.

Attriċi f’Parti Prinċipali: Jessica Chastain (The Eyes of Tammy Fye); Olivia Colman (The Lost Daughter); Nicole Kidman (Being the Ricardos); Lady Gaga (House of Gucci); Kristen Stewart (Spencer).

Attur f’Parti Prinċipali: Mahershala Ali (Swan Song); Javier Bardem (Being the Ricardos); Benedict Cumberbatch (The Power of the Dog); Will Smith (King Richard); Denzel Washington (The Tragedy of Macbeth).

Films Mużikali jew Komiċi

Film: Cyrano; Don’t Look Up; Licorice Pizza; Tick, Tick…Boom!; West Side Story.

Attriċi f’Parti Prinċipali: Marion Cotillard (Annette); Alana Haim (Licorice Pizza);  Jennifer Lawrence (Don’t Look Up); Emma Stone (Cruella); Rachel Zegler (West Side Story).

Attur f’Parti Prinċipali: Leonardo DiCaprio (Don’t Look Up); Peter Dinklage (Cyrano); Andrew Garfield (Tick, Tick…Boom!); Cooper Hoffman (Licorice Pizza); Anthony Ramos (In The Heights).

Il-Films fil-Kategoriji Kollha

Film Animat: Encanto; Flee; Luca; My Sunny Maad; Raya and the Last Dragon.

Film bid-Djalogar Mhux bl-Ingliż: Compartment No. 6 (Finlandja/Russja/Ġermanja); Drive My Car (Ġappun); A Hero (Franza/Iran); Parallel Mothers (Spanja).

Attriċi f’Parti Sekondarja: Caitriona Balfe (Belfast); Ariana DeBose (West Side Story); Kirsten Dunst (The Power of the Dog); Aunjanue Ellis (King Richard); Ruth Negga (Passing).

Attur f’Parti Sekondarja: Ben Affleck (The Tender Bar); Jamie Dornan (Belfast); Ciarán Hinds (Belfast); Troy Kotsur (CODA); Kodi Smit-McPhee (The Power of the Dog).

Direttur: Kenneth Branagh (Belfast); Jane Campion (The Power of the Dog); Maggie Gyllenhaal (The Lost Daughter); Steven Spielberg (West Side Story); Denis Villeneuve (Dune).

Sport