Thursday, July 25, 2024

John Sofia u Isabelle Bonnici jingħataw Ġieħ ir-Repubblika

Aqra wkoll

John Sofia u Isabelle Bonnici ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Huma mexxew kampanja favur tibdil fil-liġijiet u s-sistemi li jirregolaw is-settur tal-bini u l-kostruzzjoni tal-pajjiż. Dan, wara li inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Diċembru tal-2022 wassal għall-mewt ta’ binhom Jean Paul. Sofia u Bonnici urew perseveranza sabiex biddlu traġedja personali f’attiviżmu mmirat li jagħmel ġustizzja ma’ binhom u biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili.

L-għajta ta’ John u Isabelle għaqdet bosta nies, organizzazzjonijiet u partiti politiċi f’kampanja favur aktar regolamentazzjoni u infurzar għas-settur tal-kostruzzjoni f’Malta. Huma saru simbolu tal-kuraġġ u l-attiviżmu li permezz tiegħu tista’ ssir differenza fil-ħajja tan-nies u s-soċjetà Maltija.

Ekonomija

Sport