Thursday, December 19, 2024

John Terry parti minn konsorzju li jittama li jakkwista 10% tal-ishma ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-leġġenda ta’ Chelsea John Terry huwa parti minn konsorzju li jittama li jakkwista 10% tal-ishma ta’ Chelsea meta l-bejgħ tal-club tal-Premier League jiġi mmaterjalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.

Minħabba li Roman Abramovich poġġa lil Chelsea għall-bejgħ u li l-Gvern Ingliż impona sanzjonijiet fuq il-club mill-Punent ta’ Londra, bidla fis-siedien mistennija tiġi formalizzata aktar kmieni milli mistenni.

Ħarġu firxa wiesgħa ta’ kandidati qabel l-iskadenza tal-Ġimgħa għall-offerti li għandhom jitressqu, ħafna minnhom lesti li joffru aktar minn £2 biljun.

Madankollu, Terry huwa parti minn konsorzju msejjaħ ‘True Blue’ li huma lesti li jpoġġu £250m sabiex jassiguraw sehem minoritarju.

Jingħad li l-ex player tat-team tan-nisa ta’ Chelsea Claire Rafferty hija wkoll parti mill-grupp, kif ukoll id-donatur tat-Tory, David Meller.

Aktar żviluppi mistennija matul il-jum tal-Ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa meta jkun jidher aktar ċar kemm il-partijiet interessati jkunu ressqu proposti interessanti għaċ-champions Ewropej u mondjali.

Ekonomija

Sport