Friday, November 15, 2024

John Travolta jgħid li Olivia Newton-John tejbet il-ħajja tan-nies bil-kwalitajiet sbieħ tagħha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-attriċi u kantanta ta’ Grease Olivia Newton-John fl-għomor ta’ 73 sena. L-aħbar tal-mewt tagħha ngħatat minn żewġha John Easterling fi stqarrija qasira ħafna. Huwa qal li martu mietet fir-residenza tagħha f’California, matul il-jum tat-Tnejn.

Huwa qal li Olivia kienet simbolu ta’ trijonf u tama għal aktar minn 30 sena li matulhom kellha tħabbat wiċċha ma’ kanċer f’sidirha. Fl-istess waqt huwa appella lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun tiġi rispettata l-privatezza tal-familja f’dan iż-żmien tant diffiċli għalihom.

Newton-John tibqa’ mfakkra għal diversi kisbiet u suċċessi kummerċjali bħala kantanta fl-Istati Uniti fejn biegħet miljuni kbar ta’ diski. Madanakollu r-rwol ta’ Sandy bħala studenta tas-sekondarja fil-film Grease għen biex il-fama dinjija tagħha tiżdied sostanzjalment. 

Il-musical kien l-akbar hit fil-box-office tal-1978, u ta lil Newton-John tliet diski ta’ suċċess kbir; fosthom You’re The One That I Want u Summer Nights, it-tnejn interpretati mal-attur u kantant bravissimu John Travolta.

“Olivia għamlitilna ħajjitna ħafna aħjar. L-impatt tagħha kien inkredibbli. Inħobbok ħafna. Dejjem tiegħek sa mill-ewwel mument li rajtek u għal dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu”,  sellmilha Travolta f’kitba fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram.

Ekonomija

Sport