Friday, December 13, 2024

Johnny Depp jirbaħ il-kawża ta’ libell kontra l-eks mara tiegħu u jingħata $15-il miljun

Aqra wkoll

Johnny Depp rebaħ il-kawża ta’ miljuni ta’ dollari Amerikani kontra l-eks mara tiegħu u Amber Heard wara li rriżulta li artiklu tal-2018 ippubblikat f’The Washington Post kien malafamanti.

Huwa ngħata $15-il miljun mill-qorti – li jinkludu $10m danni kumpensatorji u $5m għal danni oħrajn punittivi. Iżda l-imħallef għaqqad it-total ta’ dawn id-danni skont il-limiti legali, li rriżultaw f’total ta’ $10.35 miljuni. Amber Heard ingħatat $2 miljuni fil-kontro-kawża tagħha kontra Depp.

Minkejja li l-ġurija ffurmata minn seba’ persuni ddeċidiet favur Heard fuq kawża waħda fil-kontro-kawża tagħha kontra Depp, l-attur wera d-deċiżjoni bħala vindikazzjoni, bl-eks mara tgħid li kienet “diżappuntata”.

Depp qal li jħossu “umiljat” mill-verdett tal-ġurija, u qal li l-allegazzjonijiet kellhom “impatt sismiku” fuq ħajtu u l-karriera tiegħu.

“Mill-bidu nett, l-għan li jitressaq dan il-każ kien li niżvela l-verità, irrispettivament mir-riżultat. Li ngħid il-verità kien fid-dmir tiegħu b’turija ta’ rispett lil uliedi u lil dawk kollha li baqgħu sodi fl-appoġġ tagħhom lejja. Inħossni fil-paċi naf li fl-aħħar wettaqt dan”, qal Depp.

Heard, li dehret deluża fil-qorti hekk kif inqara l-verdett, qalet li kellha “qalbha maqsuma” mal-konklużjoni tal-qorti.

Hija sostniet li “Ninsab imdejqa u umiljata li tlift dan il-każ. Imma iktar imdejqa li donnu tlift id-dritt li ħsibt li kelli bħala Amerikana – li nitkellem b’mod ħieles u miftuħ.”

Depp ma kienx fil-qorti biex jisma’ d-deċiżjoni tal-ġurija u minflok intlemaħ f’pub fi Newcastle, wara li din il-ġimgħa deher diversi drabi mal-leġġenda tar-rock Jeff Beck.

Ekonomija

Sport