Saturday, December 21, 2024

Johnson irid in-nies lura fl-uffiċini u mhux id-dar “ibattlu l-friġġ”

Aqra wkoll

Boris Johnson qed isostni li jrid idaħħal lura għax-xogħol mill-uffiċċju miljuni ta’ ħaddiema għax skontu mhux itellgħu biżżejjed xogħol meta jaħdmu mid-dar.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru tkellem kontra l-kultura tax-xogħol mid-dar u qal li jemmen fl-ambjent tal-post tax-xogħol.

Huwa sostna li n-nies huma aktar produttivi, aktar enerġetiċi u mimlijin ideat meta jkunu mdawra bil-kollegi. Skontu uffiċini mimlijin bil-ħaddiema jgħinu biex jagħtu l-ħajja liċ-ċentri tal-ibliet.

Waqt li jagħti ħarsa lejn il-livelli ta’ produttività tiegħu personali waqt li kien jaħdem mid-dar, Johnson qal li kemm-il darba spiċċa jitlaq minn idejh biex imur iġib xi ħaġa xi jnaqqar mill-friġġ u jispiċċa jinsa dak li sippost kien qiegħed jagħmel.

Waqt intervista mad-Daily Mail, il-Prim Ministru qal li jemmen li teknoloġiji bħalma huma Zoom u Microsoft Teams kienu qed iservu ta’ skuża għal dawk li riedu jibqgħu mid-dar.

S’issa eluf ta’ ħaddiema tal-gvern huma mitlubin li jaħdmu mill-uffiċċju jumejn jew tlieta fil-ġimgħa, iżda l-Ministri qegħdin jimbuttaw biex dawn il-ġranet jiżdiedu. Minkejja dan, il-unions qegħdin joffru reżistenza qawwija kontra r-ritorn b’mod sħiħ mill-uffiċċju.

Ekonomija

Sport