Friday, December 27, 2024

Joħorġu mill-Isptar iż-żewġ persuni li kien għadhom l-Isptar wara l-isplużjoni fil-Mosta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iż-żewġ persuni li kien għadhom l-Isptar minħabba xi ġrieħi li sofrew fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar tal-Mosta aktar kmieni ntbagħtu d-dar.

Membri tas-soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu kkonfermaw ma’ Talk.mt li aktar kmieni din il-ġimgħa Alexander Bartolo kien ġie rilaxxat mill-isptar wara xi ħruq ħafif li sofra filwaqt li Miki Magro u Salvu Galea ġew rilaxxati aktar kmieni llum.

F’kumment lil dan is-sit wieħed mill-11-il membru li kien preżenti meta seħħet l-isplużjoni ddeskriva l-mument li fih dawn it-tlett irġiel sofrew ġrieħi wara li tnejn minnhom tfixklu f’xulxin u sofrew xi ksur filwaqt li Bartolo sofra xi ħruq f’idu wara li pprova jitfi xi nirien li żviluppaw f’vettura.

Huma kellhom kliem ta’ tiffħir għall-ħaddiema kollha li assistewhom kemm fil-post kif ukoll oħrajn sal-Isptar u anke fl-Isptar u fuq kollox lil Santa Marija li żammithom taħt ħarsitha f’dan l-inċident.

Ekonomija

Sport