Tuesday, May 14, 2024

Waterpolo: Passiġġata ta’ Sirens fuq Otters

Aqra wkoll

Sirens……………. 25

Otters……………… 6

(5-0, 6-2, 7-2, 7-2)

Sirens ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Otters 25-6 liema logħba spiċċat mingħajr l-ebda storja.

Huma rebħu l-ewwel sessjoni 5-0 biex prattikament aċċertaw mir-rebħa u ddettaw il-kumplament ta’ dan il-konfront bl-iskorers ikunu Ganni Farrugia (3) u Ken Erdogan (2).

It-team minn San Pawl il-Baħar kompla  jiddomina u rebaħ it-tieni sessjoni bil-punteġġ ta’ 6-2, bl-iskorers ikunu Gabriel Melillo (2), Jerome Zerafa Gregory, Ken Erdogan (2) u Mikhael Cutajar. Zion Bartolo u Matthias Bonnici wieġbu għal Otters.

Din  il-goleada laħqet il- qofol tagħha fiż-żewġ ses­sjonijiet sussegwenti me­ta rebħuhom bl-iskor identiku ta’ 7-2.

F’din it-tielet sessjoni, il-protagonisti tal-Pawlini kienu Ganni Farrugia (2), Ken Erdogan, Jerome Ze­rafa Gregory, Matthew Sciberras (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty u Mihkael Cutajar. Zion Bartolo u Luke Grech Carr minn penalty irrispondew għal Otters.

Il-goals ta’ Sirens fir-raba’ sessjoni ġew skorjati minn Ganni Farrugia (2) bit-tieni goal jasal minn penalty, Jacob Sciberras, Matthew Chircop, Ken Erdogan u Kydon Agius (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty. Luigi Dimech u Simon Apap irnexxielhom isibu x-xibka għal Otters.

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (6), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Ganni Farrugia (7), 7-Matthew Chircop (1), 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar (2), 11-Matthew Sciberras (2), 13-Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo (2), 15-Kydon Agius (2) Dupuis – Coach: Marko Orlovic

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici (1), 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (1), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Simon Apap (1), 11-Zion Bartolo (2), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis – Coach: Robert Munkacsy

Referees: Ronnie Spiteri, Michele Alessandroni

Sport