Tuesday, April 30, 2024

UNL: Il-Polonja umiljati mill-Belġju

Aqra wkoll

Ir-rebħa ta’ 6-1 tal-Belġju fuq il-Polonja spikkat fl-aħħar programm tat-tieni ġurnata tal-UEFA Nations League. 

Grupp A: Il-Belġju laq­għu lill-Polonja u umiljawhom bl-iskor ta’ 6-1.

Kien Robert Lewan­dow­ski (28) li fetaħ l-iskor għall-Pollakki. 

Iżda fit-42 minuta, it-team ospitu kiseb id-draw meta mix-xutt ta’ Kevin De Bruyne, Timothy Castagne ħa r-rebound billi għadda lejn Axel Witsel li tefa’ ġewwa. Fit-59 minuta, Kevin De Bruyne dawwar telfa f’rebħa b’xutt imdawwar għal ġox-xibka. 

Peró erba’ goals min­għajr risposta minn Leandro Trossard (73, 80), Lean­der Dendoncker (83) u Lois Openda (94) taw rebħa mistħoqqa lill-Belġjani. 

L-Olanda marru Wales u rebħu 2-1 bil-goals jaslu minn Teun Koopmeiners (50) u Wout Weghorst (94) filwaqt li Davies Norrington (93) wieġeb għal Wales.     

Grupp B: L-Iskozja kisbu rebħa tajba ta’ 2-0 fuq l-Armenja.

Huma fetħu l-iskor mid- debuttant Anthony Ralston (28) permezz ta’ daqqa ta’ ras biex irduppjaw minn Scott Mckenna (40) li xeħet fix-xibka bdaqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner. 

L-Ukranja nsew id-di­żappunt tal-eliminazzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta marru l-Irlanda u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bl-iskorer ikun Viktor Tsygankov (48).

Fil-partita li ntlagħbet tard it-Tlieta filgħaxija, il- Bosnja għelbu lil Rumanija bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-logħba jasal minn Smail Prevljak (68).

Sport