Ir-rettil daħal waqt li kienet rieqda
F’Dagestan fir-Russja, żagħżugħa Russa kellha tagħmel operazzjoni senisttiva u mhux tas-soltu hekk kif hekk kif numru ta’ mediċi ħarġulha serp twil erba’ piedi li daħlilha waqt li kienet rieqda. Kien f’dan il-waqt li wara li qamet mir-raqda iż-żagħżugħa bdiet tħoss uġigħ kbir f’zaqqha, konsegwenza tar-rettil li daħal f’ġisimha.
F’filmat li kien qiegħed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, il-kirurgu li għamel l-operazzjoni jinstema’ jgħid lill-infermiera li f’żaqq il-pazjenta hemm serp jiċċaqlaq. Fil-fatt appena il-kirurgu beda joħroġ is-serp, instemgħu l-infermiera jwerżqu bil-biża’.
Jidher li numru ta’ awtoritajiet u persuni oħrajn ilhom jitolbu lin-nies biex joqogħdu attenti u ma jorqdux barra minħabba każi simili.